Victoria Sponge

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Importanti li l-forn ikun sħun ħafna.
Ingredjenti:

  • 120gr marġerina
  • 120gr bajd
  • 120gr zokkor. (jekk jista jkun uża zokkor castor)
  • 120gr dqiq self raising
  • Essenza tal-vanilla
  • Qoxra maħkuka ta’ lumija

Metodu:
1. Saħħan il-forn 1800C, Gass numru 4.
2. Idlek forma ta’ daqs 25cm bi ftit maġerina u roxx ftit dqiq. Jekk se tuża forma tas-silicone ma hemmx għalfejn tidlikha.
3. Qiegħed il-marġerina, zokkor, l-essenza tal-vanilja u l-qoxra maħkuka ta’ lumija jew ġo bieqja jew ġo mixer. Jekk se tagħmilhom ġo bieqja trid tuża whisk tal-elettriku biex jitħabbtu tajjeb
4. Ħaddem sakemm tara li z-zokkor ma jkunx jinħass. Ibda żid il-bajd waħda, waħda. 
5. Kompli ħaddem sakemm it-taħlita tikber u tiġi qisha krema bajdanija.
6. Għarbel id-dqiq u ibda żidu ftit, ftit mat-taħlita tal-bajd. Biex tagħmel hekk trid tuża mgħarfa tal-injam.
7. Ferra fil-forma midluka u sajjar fil-forn għal madwar 40 minuta.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK