Victoria Beckham tgħid li l-kastell ta’ Harry Potter qed jgħarrqilha ħajjitha

Ritratt: Instagram

David Beckham jidher li hu missier eżemplari meta ddeċieda li jibni l-kastell ta’ Hogwarts ta’ Harry Potter għal bintu Harper. Imma martu Victoria qed tgħid li dan il-kastell qed jgħarrqilha ħajjitha.

Nhar is-Sibt li għadda David, ta’ 44 sena, beda jibni l-kastell u Victoria tant kienet ferħana tara lil żewġha f’dan ix-xogħol li anki ħadet vidjo tiegħu. Faħħritu għax qalet li żewġha hu vera missier tajjeb għal ħamest itfal tagħhom.

Imma 12-il siegħa wara r-raġel kien għadu ma spiċċahx u tant kien mehdi li nesa kollox u lil kulħadd u baqa’ sejjer. F’nofs il-lejl bagħtet vidjo ieħor li fih semmiet li żewġha kien ilu l-ġurnata kollha jibni l-kastell.

L-għada Victoria, li ilha miżżewġa lil David 20 sena, kitbet li “issa l-9.45am u dal-lejl dam sat-3am fuq il-kastell u għad baqagħlu 10 boroż oħra tal-Lego biex jispiċċah. Issa reġa’ beda! Dan il-kastell issa qed jgħarraqli ħajti!”