Victor Caruana għadu ma nstabx

Victor Caruana, ir-raġel ta’ 74 sena mill-Mosta li ġħeb fit-30 ta’ Mejju għadu ma stabx.
Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija.
Huwa deher l-aħħar fi Triq is-sajf fil-Mosta, liebes flokk blu bil-griż, qalziet blu u beritta blu.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.
Tista' tgħin lill-Pulizija billi xxerred dan ir-ritratt.