Viċin ftehim dwar Brexit

File Photo

Read in English.

It-taħditiet dwar il-ftehim finali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea li għandu jiddefinixxi r-relazzjoni futura bejn iż-żewġ naħat komplew matul dan il-lejl.

Sorsi varji qed jindikaw li matul is-sigħat li ġejjin mistenni jintlaħaq dan il-ftehim storiku li għandu jevita sitwazzjoni kaotika kemm għall-Ingliżi u għall-Ewropej. 

Il-ftehim huwa intenzjonat li jiddefenixxi r-relazzjoni kummerċjali wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropeja fl-1 ta’ Jannar. 

Il-ġurnal Financial Times qed jgħid li Boris Johnson mistenni jikkonferma l-ftehim kmieni f’lejlet il-Milied.

Kemm-il darba jintleħaq dan il-ftehim, jkun ifisser li jiġu fi tmiemhom disa’ xhur ta’ negozjati li f’ħinijiet minnhom kienu kkaratterizzati minn tensjoni.

Matul il-lejl li għadda kien hemm ħafna xogħol bil-għan li ż-żewġ naħat jiffinalizzaw it-test legali, li se jħares li jkun hemm żona ta’ kummerċ mingħajr tariffi bejn l-UE u r-Renju Unit kif ukoll jipproteġi l-kooperazzjoni f’oqsma oħra bħas-sigurtà. 

Uffiċjali miż-żewġ naħat qalu li t-termini li jiddefinixxu r-relazzjoni ta’ wara l-Brexit kienu essenzjalment solvuti. 

Eric Mamer, il-kelliem ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea, kiteb fuq Twitter kmieni dalgħdu li “x-xogħol dwar Brexit se jkompli matul il-lejl kollu.