Viċin ftehim biex 260 trakk jidħlu fl-Ukraina

Ir-Russja u l-Ukraina resqin lejn ftehim biex 260 trakk mir-Russja jidħlu fl-Ukraina.
Il-konvoj jinkludi ikel, xorb u mediċini għal dawk maqbuda fil-ġlied bejn il-forzi tal-Gvern u s-separatisti.
Uffiċjali tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qalu li lbieraħ intlaħaq ftehim iżda s-sigurtà tibqa’ tiddomina fin-nuqqas ta’ qbil li jkun hemm.
Dan hekk kif kien hemm allegazzjonijiet li l-konvoj mhu xejn għajr għajnuna militari.
Kemm l-Ukraina kif ukoll ir-Russja jibqgħu jissuspettaw fil-mottivi ta’ xulxin tul it-taħdidiet u dan minkejja li n-negozjati jinsabu segwiti minn pajjiżi oħra.