Via Sagra ma’ Mons Isqof Mario Grech

CPI Media se ttella’ programm speċjali fejn Mons Isqof Mario Grech se jkun qed jaqsam ħsibijiet dwar l-istazzjonijiet tal-Via Sagra, ħsibijiet fil-fond kif hu jaf jagħmel, b’riflessjonijiet dwar mhux biss dwar it-test Bibbliku marbut ma’ kull stazzjon iżda riflessjonijiet dwar il-ħajja tagħna ta’ kulljum, it-tbatija li ngħaddu minnha, il-perseveranza fil-fidi, il-preżenza ta’ Alla f-ħajjitna u l-għajnuna tiegħu biex iżommna sani fir-ruħ u fil-ġisem. 

Ir-riflessjonijiet se jkunu akkumpanjati minn filmati tal-Via Sagra li hemm faċċata tal-Bażilika ta’ Pinu, liema filmati inġibdu apposta minn Baskal Mallia.

Il-produzzjoni ezekuttiva hi ta’ CPI Media b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia.

Din se tixxandar illum l-Erbgħa 8 ta’ April fit-8.30pm fuq l-istazzjon One, kif ukoll għada l-Ħamis 9 ta’ April fid-9pm fuq l-istazzjon Net.