Via Sacra animata mit-tfal fil-Palazz tal-Verdala

Il-Palazz Verdala lbieraħ laqa’ fi ħdanu t-tfal li animaw il-Via Sacra permezz tal-kant u mużika addattata.
L-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djocesana Tfal, bis-sehem tat-tfal mill-parroċċi bit-tema Nimxu ma’ Ġesù.
Il-Via Sacra tmexxiet mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, u mill-Vigarju Generali, Mons. Joe Galea Curmi, peress li l-Arcisqof kien indispost.
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja