Aġġornata: Karozza tibqa’ dieħla f’siġra fil-Marsa

Xufiera tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’siġra fejn f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ ftit wara t-8pm fi Vjal Santa Luċija wara li xufiera baqgħet dieħla f'siġra.
Fuq il-post marru l-Pulizija biex jagħtu l-ewwel assistenza u jikkontrollaw it-traffiku.
Nies fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-impatt kien qawwi tant li l-karozza tinsab f'sura ħażina ħafna.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li x-xufiera rrifjutat l-assistenza medika u li l-karozzi tneħħew minn fuq il-post mill-Pulizija.
Ritratt: Arkivji