Vettura tibqa’ dieħla f’arblu: il-passiġġiera l-isptar

Aġġornat 11:33 AM

Aktar kmieni dalgħodu vettura kienet involuta f’inċident tat-traffiku ġewwa Triq Aldo Moro fil-Marsa. Skont kelliema għall-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:15am.

Għal xi raġuni l-persuna li kienet qed issuq il-vettura tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’arblu. Il-passiġġiera ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara ġie ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel li kien qed isuq il-vettura għandu 26 sena u jgħix il-Kalkara.

Il-kelliema għall-Pulizija spjegat kif involuta fl-inċident kien hemm ukoll vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 26 sena ta’ nazzjonalità Taljana u jgħix iż-Żurrieq.

Is-sewwieqa taż-żewġ vetturi ma weġġgħux.