Vettura ġdida għat-taqsima tal-isplussivi tal-FAM

Vettura speċjalizzata għat-Tneħħija ta’ Splussivi (EOD) ġiet inawgurata lbieraħ fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) f’Ħal Luqa.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej qalu li dan il-proġett sar b’investiment ta’ madwar €2.1 miljun.
Permezz ta’ dan it-tagħmir, is-suldati ma jkollhomx għalfejn jersqu fil-qrib ta’ splussiv. Dan għaliex żewġ robots speċjali jistgħu jiġu operati minn distanza biex jitneħħa l-periklu.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li l-ewwel obbligu ta’ kull Gvern huwa li jassigura s-sigurtà taċ-ċittadini tiegħu.
Skont it-tradizzjoni tal-FAM,  il-vettura l-ġdida ġiet imbierka. 
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo