Filmat: Vettura f’għalqa tieħu n-nar mal-lejl

Read in English.

Matul il-lejl li għadda vettura li kienet f’għalqa f’Ħal Luqa ħadet in-nar. L-għalqa tinsab fi Triq San Tumas. Jidher li l-vettura kienet ilha abbandunata f’dan il-post.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident li seħħ għall-ħabta tas-2am.

In-nirien ġew ikkontrollati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Pulizija qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha fil-każ.

Filmat: Facebook/Alexandra Gauci Frendo