Vettura elettrika? Rata irħas għad-dawl

Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li fl-2020 se jibdew jingħataw tariffi orħos għall-individwi li għandhom vetturi elettriċi. Rata speċjali għal dawn id-djar residenzjali, li jibdew iħallsu ftit inqas minn 13ċ kull unit meta jiċċarġjaw il-vetturi.

Miżuri oħra:

  • Se titnieda l-iskema ta’ riċiklaġġ tal-kontenituri tax-xorb
  • Se jkomplu t-tħejjijiet għal impjant ta’ Waste to Energy bil-għan li jingħalaq l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin.
  • Mill-1 ta’ Jannar 2021 titwaqqaf l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti tal-plastik li għandhom użu ta’ darba. Dawn mhux se jkunu jistgħu jinbiegħu wara l-1 ta’ Jannar 2022.
  • Għotja għall-ħwienet li joħolqu inizjattivi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fost l-oħrajn l-użu mill-ġdid ta’ kontejners.
  • €2 miljun għall-Proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali
  • Mal-€200,000 f’inċentivi għal investiment f’makkinarju li jagħmel inqas ħsara lil ambjent fl-industrija tal-kostruzzjoni.
  • Għotja ta’ 25% tan-nefqa (ikkapjata sa €1,000) biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinovabbli. Se jkunu eliġibbli għal din l-iskema, dawk li diġà kienu installaw pannelli solari u spiċċalhom il-kuntratt li kellhom tal-feed-in-tariff.
  • Se jitbiddlu l-pompi fil-pumping stations tax-Xama’ f’San Pawl il-Baħar u dik f’Tal-Pwales fix-Xemxija.

Aġġornata: “Għandu jinħatar supretendent għat-tibdil fil-klima” – Delia

Possibilità li l-iskart tal-kostruzzjoni jibda jintrema fil-baħar – Muscat

Christoph Schwaiger ikkollabora f’dan l-artiklu