Vettel jirbaħ il-Grand Prix ta’ Singapore

Sebastian Vettel fl-aħħar irnexxielu jirbaħ il-Grand Prix ta’ Singapore. Iżda din waslet b’naqra fortuna u kontroversja sħiħha.

Is-sewwieq ta’ Ferrari rebaħ l-aħħar titlu tiegħu fl-2018 ġewwa l-Belġju. Minn dak iż-żmien ‘l hawn il-mod ta’ kif kien qed isuq ġibed aktar l-attenzjoni għall-iżbalji li għamel milli għall-veloċità li kien jirnexxielu jsuq bih. Il-post ta’ Vettel bħala n-numru wieħed fit-tim ta’ Ferrari ġie mhedded miż-żgħażugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc.

It-tellieqa ta’ Singapore offrietlu ċ-ċans li jerġa’ lura għar-rebħ. Vettel irnexxielu jilħaq dan il-għan iżda forsi mhux bil-mod ta’ kif xtaq hu.