Vetrina għall-artiġjanat Għawdxi f’Jum l-Omm

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Omm f’Għawdex servew bħala vetrina għall-artiġjanat Għawdxi.
Għawdex iżżejjen għall-okkażjoni kemm bit-tiżjin fuq ir-roundabouts kif ukoll f’Villa Rundle. Inħolqot atmosfera mhux tas-soltu permezz ta’ suq li ntrama fuq il-post b’wirjiet ta’ artiġjanat Għawdxi.
Ittellgħu ukoll diversi attivitajiet għat-tfal u għall-familja kollha kif ukoll esebizzjonijiet artistiċi.
Il-Ministeru għal Għawdex organizza wkoll quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu għall-ommijiet anzjani u morda. Għal din il-quddies attendiet ukoll il-Ministru Justyne Caruana.
Ritratt: Tony Camilleri – MGOZ