Veteran ta’ 98 imut wara serqa drammatika

Veteran tat-Tieni Gwerra Dinija miet fl-età ta’ 98 sena wara serqa drammatika. Il-każ seħħ f’Novembru, meta l-ġarr ta’ Peter Gouldstone kien ċempel il-Pulizija wara li nnota l-bieb ta’ wara miftuħ. Il-Pulizija kienu sabu lil Gouldstone sofra ġrieħi f’rasu kif ukoll kien imbenġel filwaqt li serqulu kollox.

Gouldstone li kien ilu jgħix f’daru għall-iktar minn 60 sena f’Enfield, Londra kien ittieħed l-isptar fejn miet il-Ġimgħa.

L-għaqda independenti Ingliża, Crimestoppers, ħabret premju ta’ €10,000 għal min għandu xi informazzjoni dwar il-każ li tistà twassal għall-arrest ta’ dawk li kienu wara s-serqa. It-tifel tiegħu appella biex jinsabu l-aggressuri ta’ missieru filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.