Verżjoni oħra ta’ Cats wara li tbiċċer

Cats, il-film li ħareġ għaċ-ċinema nhar il-Ġimgħa li għadda, kien imbiċċer mill-kritiċi meta rawh. U kienet sorpriża li fil-jum proprju tal-ftuħ tiegħu, iċ-ċinema irċevew avviż mid-ditta Universal, li kienu se jinagħtulhom verżjoni aktar irfinata għall-wiri minn dik li kienu raw il-kritiċi. Din il-ħaġa qatt qabel ma saret fl-industrja tal-films. Fin-nota ntqal li Tom Cooper, id-direttur, tejjeb xi ftit l-effetti viżwali.

Cats ma tantx mar tajjeb  fl-ewwel ġurnata tal-ftuħ u kulma daħħal kienu biss $2.6 miljun meta sewa mal-$100 miljun biex sar.

Hooper mill-ewwel kien qal li biex il-film inħareġ fil-ġurnata proprja bilkemm kienu tlestew l-effetti speċjali tiegħu u għalhekk kien hemm il-bżonn ta’ aktar logħob fuqu f’dan ir-rigward bla ma ntmiss il-ħin tiegħu.

Hooper kien qal mill-ewwel li biex il-film kien lest fil-ħin għall-premiere mondjali fis-16 ta’ Diċembru fi New York City kellhom inaqqsu xi ftit ill-effetti viżwali. Wara bilfors kellhom jagħmlu iktar tweaks għal ċerti effetti.

Il-film aġġornat kien disponibbli biex jitniżżel mill-Ħadd 22 ta’ Diċembru  permezz ta’ server bis-satellita, filwaqt li l-esebituri li m’għandhomx aċċess għas-server se jirċievu hard drive tal-film sa nhar it-Tlieta.

Fil-film jaħdmu Taylor Swift, Francesca Hayward, Idris Elba, Judi Dench u Ian McKellen.