Verżjoni ġdida tal-wirja ta’ Madonna fil-Eurovision?

Ritratt: Facebook

Wara l-kritika ħarxa li kien hemm għal mod kif Madonna kantat fil-finali tal-Eurovision Song Contest s-Sibt li għadda, il-Jerusalem Post bi prominenza ħabbar illum li l-wirja tagħha issa telgħet online b’mod irranġat.

Skont dan ir-rapport, il-filmat tal-wirja ta’ Madonna ma ttellgħetx onlajn qabel ma kważi għaddew 24 siegħa. Saħansitra l-istazzjon nazzjonali tal-Iżrael, KAN, ikkummenta li ma kellhomx permess li jtellgħu l-filmat li Madonna tat waqt il-Eurovision, iżda minflok tellgħu verżjoni ta’ Like A Prayer li l-attriċi Iżraeljana Elinor Aharon kienet irrekordjat madwar 30 sena ilu.

Screen shot ta’ dak li qed jirraporta il-Jerusalem Post

Il-filmat tal-wirja ta’ Madonna fil-Eurovision ttellgħa onlajn mill-kantanta nfisha u minnufih bdew il-kummenti tan-nies li nnuttaw li dak li telgħa onlajn ma kienx dak li ntwera s-Sibt filgħaxija meta Madonna kantat live.

Wara l-għadd kbir ta’ kummenti li kien hemm is-Sibt li għadda wara li tat il-wirja, issa din kien jonqos biex  jibdew aktar kummenti u attakki fuq Madonna.

Ċertament li bit-tajjeb jew bil-ħażin, Madonna mpressjonat bil-kbir fil-Eurovision!