Filmat: Verżjoni ġdida ta’ In A Woman’s Heart

23 sena wara li kienet marret għall-Eurovision Spng Contest, Miriam Christine ħarġet remix ġdida tal-kanzunetta In A Woman’s Heart. Dan għamlitu proprju f’okkażjoni tal-Pride li ġiet iċċelebrata fi tmiem il-ġimgħa.

“Ir-rispons tan-nies kien ħafna aktar minn dak li stennejt u din qatt ma stajt nagħmilha mingħajr l-appoġġ tas-segwaċi tiegħi. Il-komunità tal-LGBT+ minn dejjem kienet speċjali għalija, u baqgħu hemm jagħtuni s-sapport tagħhom! Minkejja li għaddew 23 sena, din il-kanzunetta għad għandha ħoss b’saħħtu” qalet Miriam Christine.

In a Woman’s Heart (Pride Remix) inħadmet minn Sean Vella fi ħdan Philip Vella Studios u hija appoġġjata minn vidjow tal-lirika magħmul minn Duane u Angie Laus.

Il-kanzunetta għandha pubblikazzjoni u distribuzzjoni tal-kumpanija Ġermaniża CAP-Sounds.