Verżjoni ġdida ta’ Facebook għal fuq il-post tax-xogħol?

Jekk Facebook diġà qed jieħu ħafna mill-ħin tiegħek meta tkun id-dar, jista’ jkun li dalwaqt se jibda joħodlok ukoll mill-ħin tiegħek fuq il-post tax-xogħol.
Dan għaliex skont xi rapporti, jidher li Facebook qed jaħdem fuq verżjoni professjonali ta’ dan is-sit soċjali maħluqa apposta biex tintuża waqt il-ħin tax-xogħol.
Għadu mhux ċar jekk dil-verżjoni ta’ Facebook hux se jkollha biss il-faċilità ta’ chat bejn kollegi fl-uffiċji jew jekk hux se tkun tinkludi dak li joffri Facebook illum, iżda bbażat aktar fuq il-linji tas-sit LinkedIn.
B’mod uffiċjali s’issa għadu ma tħabbar xejn iżda l-indikazzjonijiet huma li “Facebook At Work” se jkun verżjoni iktar addattata ta’ Facebook għal fuq il-post tax-xogħol. Nistennew u naraw!