Veru li ż-żwieġ affettwa l-prestazzjoni ta’ Nadal?

Aktar kmieni din il-ġimgħa Rafael Nadal tilef l-ewwel logħba mill-opening tal-ATP Finals ġewwa Londra. Alex Zverev għeleb lil Nadal għall-ewwel darba bl-iskor impressjonanti ta’ 6-2 6-4 ġewwa l-O2 Arena.

Wara l-logħba Nadal għamel eċċezzjoni u wieġeb mistoqsija dwar kemm naqset il-prestazzjoni tiegħu mindu żżewweġ lil Xisca Perello x-xahar li għadda. Malli sema’ l-mistoqsija Nadal qal li hu sorpriż li xi ħadd qed isaqsih din it-tip ta’ mistoqsija. Qal li ilu mal-istess tfajla 15-il sena u minn dejjem kellu ħajja stabbli u normali.

Nadal saħaq li ma tagħmilx differenza fil-prestazzjoni waqt il-logħob jekk tilbes iċ-ċurkett taż-żwieġ jew le. Hu qal li hu persuna bħal kulħadd.