Read in English.
Il-Prim Ministru Robert Abela qed jgħid li Malta hija full up u ma tistax tilqa’ aktar immigranti. Anke Adrian Delia, meta kien kap tal-PN, qal l-istess ħaġa.
- Iżda veru hu hekk, aktar u aktar meta mill-pajjiż f’dawn l-aħħar xhur minħabba l-coronavirus telqu mal-15,000 ħaddiem barrani?
- Malta hija full up għar-refuġjati li jaħarbu l-gwerer iżda mbagħad tiftaħ il-bibien beraħ għan-nies li għandhom il-flus u għall-barranin li qed jaħdmu bħala prostituti?
- Jekk aħna full up se nħallu lin-nies jegħrqu jew nibagħtuhom lejn il-Libja, li fi kliem il-Papa qed nibagħtuhom fl-infern?
Il-Ġimgħa fis-2pm Peppi Azzopardi u Neville Gafà jiddiskutu dan kollu u aktar fuq Newsbook.com.mt u Facebook LIVE. Imexxi d-diskussjoni Fr Joe Borg.