Verstappen rebbieħ tal-Grand Prix Awstrijak wara stennija ta’ tliet sigħat

Getty Images

Max Verstappen qabeż lil Charles Leclerc meta kien għad fadal biss żewġ tidwiriet oħra biex spiċċa rebaħ il-Grand Prix Awstrijak. Iżda r-rebħa ġiet ikkonfermata tliet sigħat wara li spiċċat it-tellieqa minħabba investigazjoni dwar kienx Verstrappen li b’mod inġust ġiel lil Leclerc barra l-korsa.

Is-sewwieq ta’ Ferrari, Leclerc deher li kien fil-kontroll tat-tellieqa waqt li Verstappen beda ħażin u mit-tieni post niżel fis-seba’ post. Verstappen baqa’ jissielet biex ftit ftit reġa’ tela’ ‘l fuq fil-klassifika sakemm wasal fir-raba’ post u mbagħad irnexxielu jikseb l-ewwel post.