Versace u Furla daqshekk se jużaw fur tal-annimali

Id-ditti popolari tal-moda Versace u Furla għadhom kemm ħabbru li mhux se jibqgħu jużaw il-pil tal-annimali fil-ħwejjeġ, basktijiet jew aċċessorji li joħolqu fil-kollezzjonijiet tagħhom. 
Meta tkellmet ma’ The Economist, Donatella Versace, il-moħħ wara d-ditta Versace, qalet li ma tixtieqx toqtol aktar annimali għall-moda. “Ma nħossx li hu sew”, żiedet tgħid. 
Intant, Furla qalet ukoll li se tibda tuża fur falz mill-kollezzjoni Cruise 2019 'il quddiem. 
Fix-xhur li għaddew, id-ditti Gucci, Armani, Hugo Boss, Tommy Hilfiger, Calvin Klein u Net-A-Porter kienu qalu wkoll li mhux se jbigħu aktar ħwejjeġ jew aċċessorji magħmula bil-pil tal-annimali.
PETA, il-fondazzjoni dinjija li taħdem favur id-drittijiet tal-annimali, iddeskriviet dan il-pass bħala ‘turning point’ għall-industrija tal-moda.