Veronica tad-Dulli tagħlaq 58 sena

Ritratt: Enigma Productions

L-attriċi u preżentatriċi Veronica Farrugia llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Twieldet bħal-lum fl-1962 u għalhekk għalqet 58 sena!

Veronica, miżżewwġa lil Joe “Id-Dulli”, għandha żewġ ulied, Clint kif ukoll lil Steve ta’ Airport Impressions. Hija wkoll nanna!

Lil Veronica bħalissa qed narawha fis-sensiela Fattigi li tixxandar nhar ta’ Ħamis fuq l-istazzjon Net.

Veronica Farrugia f’xena mill-episodju ta’ nhar il-Ħamis ta’ Fattigi

Konna rajniha wkoll is-sena l-oħra fil-kast tas-sensiela Miraklu f’Ħal Saflieni li wkoll kien ixxandar fuq l-istazzjon Net.

Miraklu

Iżda bla dubju karattru li tibqa’ mfakkra għalih huwa dak tan-nanna Karla fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa, li ntweriet għal tlett snin fuq TVM.

Iċ-Ċaqqufa: Veronica Farrugia, Manuel Cutajar, Elizabeth Ellul Hawes u Geordie Schembri

Veronica bdiet tirreċta mill-iskola primarja fejn darba għamilet karattru mill-ktieb Nies Bla Sabar ta’ Sir Temi Zammit.

Imbagħad iz-zija Martha, oħt il-papà tagħha, kienet ħaditha fis-sala parrokkjali taż-Żurrieq biex tibda tirreċta mal-kumpanija Żernieq u aktar tard mal-Hit Paraders. Kien hemm li ltaqgħet ma’ Joe, u spiċċaw biex wara żmien joħorġu flimkien, iżżewwġu u kabbru familja.

Tul is-snin Veronica kellha progarmmi fuq bosta stazzjonijiet tar-radju bħal One u Radju Malta u ppreżentat bosta programmi wkoll fuq it-televiżjoni.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.