Veronica Rotin rebbieħa ta’ festival kbir fil-Maċedonja

It-tfajla Maltija Veronica Rotin ta' 10 snin rebħet il-festival Lake Pearls fil-Maċedonja. F'dan il-festival ikkompetew erbgħin kantant minn madwar id-dinja.  Rotin ikklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tagħha.  Barra dan ħadet ukoll il-premju bħala l-aqwa kantanta fost l-erbgħin li ħadu sehem fil-festival.
Kulħadd jiftakar lil Rotin u kif serqet qlub l-eluf li jsegwu l-programm ta' Canale 5 Io Canto.  It-tfajla minn dakinhar qatt ma waqfet u kompliet tfittex opportunitajiet oħra ta' kant anke fuq skala internazzjonali.  Din ir-rebħa infatti ttiha l-opportunita li s-sena d-dieħla titla' tikkompeti f'festival kbir ieħor li jsir fir-Russja.