Vera s-sħana imma hemm bżonn id-demm!

Bħalissa r-riserva tad-demm, partikolarment tal-grupp O-Positive hija baxxa ferm.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku biex minkejja s-sħana, jagħti d-demm ħalli l-ebda pazjent ma jbati mingħajr bżonn. 
F'nhar Santa Marija, il-Mobile Blood Donation Unit se jkun maġenb il-Knisja ta' San Ġakbu, ix-Xgħajra, bejn it-8.30am sas-1pm. 
Il-Ħadd 17 ta' Awwissu se jkun ix-Xatt tal-Birgu fl-istess ħinijiet. 
Waqt dawn is-sessjonijiet, se jiġu offruti servizzi relatati mas-saħħa, fosthom kejl tal-pressjoni u l-livell ta' zokkor fid-demm.