Venus Williams tirtira mill-Brisbane International

L-eks numru wieħed tat-tennis Venus Williams irtirat mill-ewwel kompetizzjoni tas-sena wara li kellha xi problemi mhux mistennija waqt it-training. Hija kienet se tikkompeti fil-Brisbane International.

Williams li għandha 39 sena u li rebħet l-aħħar Grand Slam tagħha fl-2008, qed tispera li tkun tista’ tilgħab ġewwa Adelaide qabel l-Australian Open li se jibda fl-20 ta’ Jannar.

Min se jkun qed jieħu post Williams għandu jkun imħabbar aktar tard. Fost il-kompetituri se jkun hemm Ashleigh Barty u Naomi Osaka.

It-turnew se jibda fis-6 ta’ Jannar.