Venezja mgħarrqa mill-ġdid kawża ta’ mewġa għolja

Men wade through water during high tide in Venice, Italy November 17, 2019. REUTERS/Alberto Lingria

Read in English.

Minkejja li għadha qed tipprova tirkupra minn għargħar li seħħew il-ġimgħa li għaddiet, Venezja reġgħet spiċċat mgħarrqa llum kawża ta’ marea għolja (high tide).

Din kienet waħda mill-agħar ġimgħat li l-Belt kellha mill-1872. Il-bassara tat-temp tal-pajjiż kienu bassru li l-mewġa kienet se tkun għolja 160 ċentimetru.

L-ilma fawwar Pjazza San Mark u bosta persuni volontarjament marru jgħinu liċ-ċittadini sabiex ikunu jistgħu ikampaw mal-emerġenza. It-Tlieta li għadda, il-belt intlaqtet minn mewġa għolja 187 ċentimetru.

Ġeneralment, il-mewġ li jaħkmu lill-belt ikunu bejn 80 u 90 ċentimetru u għalhekk iktar faċli li jiġu mmaniġjati.

Is-Sindku Luigi Brugnaro, li ġie nkarigat biex jieħu ħsieb din l-emerġenza qal li d-danni fuq il-belt min-nhar it-Tlieta sa issa laħqu aktar minn €1 biljun.