Vending machines intelliġenti jagħtu Coca-Cola Life b’xejn

Il-GSD Marketing Ltd – distributuri tad-ditti ta’ The Coca-Cola Company li jiġu prodotti f’Malta minn The General Soft Drinks Co. Ltd – qassmu vending machines speċjali li ma jaħdmux bil-flus. Dawn il-magni, apparti milli joffru Wi-Fi b’xejn, qed jagħtu wkoll flixken tal-Coca-Cola Life b’xejn jekk wieħed idaħħal kodiċi li jista’ jitniżżel mill-internet minn fuq www.formplug.com/cocacolalife.
Din il-kampanja innovattiva, li tgħaqqad flimkien it-teknoloġija diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss mal-Coca-Cola Life li tnediet dan l-aħħar, qed tingħata f’kollaborazzjoni ma’ vouchercloud, kumpanija tal-marketing diġitali.
“Permezz ta’ din l-inizjattiva tal-vending machines qed jirnexxilna nilħqu l-pubbliku ġenerali biex inkunu żguri li kulħadd jesperjenza t-‘taste the feeling’ tal-Coca-Cola Life. Dan huwa mod li permezz tiegħu n-nies qed jieħdu gost jiksbu flixkun b’xejn minn dawn il-vending machines diġitali u b’hekk jesperjenzaw xi ħaġa li jibqgħu jiftakruha; il-Coca-Cola minn dejjem kienet famuża għall-kampanji kreattivi tagħha,”qal il-Maniġer tas-Sales u l-Marketing Martin Agius.
Tpoġġew erba’ magni awtomatiċi f’postijiet popolari – il-belt Valletta, tas-Sliema, San Ġiljan u Għawdex. Il-ħames magna se tkun qed iddur f’postijiet differenti.
Il-konsumaturi huma mħeġġin jiċċekkjaw il-mikrosit www.formplug.com/cocacolalife jew iniżżlu l-App tal-vouchercloud għall-aħħar aġġornamenti dwar il-post fejn tinsab il-magna u dwar kif jistgħu jiksbu l-Coca-Cola Life tagħhom b’xejn.
Huma diġà ’il fuq minn 55,000 persuna li għandhom l-App tal-vouchercloud imniżżla fuq il-mowbajl tagħhom.