Vella jwissi kontra l-populiżmu dwar terroriżmu

Fl-Alġerija, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti, George Vella, ħeġġeġ lil żgħażagħ Alġerini biex imorru lil hinn mill-preġudizzju u l-mibgħeda u jfittxu li jibnu l-futur tagħhom fuq id-djalogu u t-tama.
George Vella, li jinsab fl-Alġerija bħala parti minn delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru, ikkummenta dwar l-attakki terroristiċi f’Pariġi u l-kunflitt fil-Libja.
Tenna wkoll li Malta hi mpenjata li tindirizza l-immigrazzjoni fil-Mediterran, u tkellem kontra dikjarazzjonijiet populisti li jwaħħdu l-immigrazzjoni mat-terroriżmu.
Fl-Alġerija, George Vella ffirma ftehim mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Alġerin, dwar is-servizzi tal-ajru.