Velja ta’ Talb qabel l-ordinazzjoni ta’ 9 saċerdoti

Fil-Knisja Parrokkjali ta' Wied il-Għajn se ssir velja ta’ talba llejla bi preparazzjoni għall-ordinazzjoni presbiterali ta' għada li fiha disa' djakni se jiġu ordnati saċerdoti.
Skont l-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-velja se ssir wara l-Quddiesa tas-6:30pm.
Il-velja ta' talb se tkun għal disa' djakni, żewġ djoċesani, u seba’ reliġjużi. 
Id-djakni huma: Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Jethro Bajad, Rev. Anton D’Amato,  Rev. Bernard Micallef, Rev. Kenneth Micallef, Fra Kurt Mizzi, Fra Elmar Pace, Rev. Giovann Tabone, u Rev. Alex Zammit.
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ordinazzjoni Presbiterali se tibda għada fid-9:15am fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, u se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Ritratti: Kurja – knisja.org/ritratti