Velja f’għeluq il-5 xhur mill-assassinju ta’ Daphne

Għada se ssir velja oħra f’għeluq il-ħames xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-velja organizzata min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili #occupyjustice, Il-Kenniesa, u l-Awturi qed jistiednu lill-pubbliku sabiex jinġabru quddiem il-Qorti, il-Belt, fis-6:30pm. 
Matul il-velja se titkellem Vicki Anne Cremona, lekċerer fl-Università ta’ Malta u opinjonista, kif ukoll l-Avukat Dr Edward Debono u Alessandra Dee Crespo.
Wara ssegwi attività organizzata mill-Occupy Justice, fi Pjazza Kastilja bl-isem ta’ The People’s Playlist.