Vażetti bit-tadam magħsur iwaqqfu t-traffiku tal-Kappara

Trakk li dalgħodu kien għaddej mill-mina ta’ bejn Paceville u l-Kappara waqqa’ ammont ta' vażetti bit-tadam magħsur li kien qed iġorr.
Dan wassal biex il-karozzi li kienu għaddejjin mit-triq kellhom jieqfu sakemm jitneħħew min-nofs il-vażetti tal-ħġieġ li ksew it-triq.
Dwar dan il-każ kelliema għall-Pulizija qalet li ma daħal ebda rapport.