Varjetà ta’ xogħlijiet barokki u kontemporanji

Read in English.

Il-Kor Jubilate Deo ser ikun qed iżomm l-appuntament annwali tiegħu għal żmien il-Milied b’numru ta’ kunċerti u servizzi liturġiċi. 

Il-kunċert annwali tal-Milied, bil-parteċipazzjoni tal-organista Ronald Camilleri u taħt id-direzzjoni ta’ Christopher Muscat, ser jittella’ fil-Knisja Kolleġġjata tan-Naxxar fis-16 ta’ Diċembru u fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fl-20 ta’ Diċembru, bil-kortesija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral. Minbarra għanjiet tradizzjonali tal-Milied, il-programm – li jvarja minn xogħolijiet barokki għal dawk kontemporanji – ser joħroġ is-sbuħija taż-żewġ orgnijiet, minn dak delikat tal-orgni Santucci fin-Naxxar għal dak maestuż tal-Mascioni fil-Kon-Katidral li, għal din l-okkażżjoni ser ikun qed jingħaqad mal-Jubilate Deo Brass Consort. 

Is-servizzi liturġiċi tal-kor ikomplu lejlet il-Milied (fil-Knisja Kolleġġjata tan-Naxxar u fil-Katidral Metropolitan l-Imdina) u nhar il-Milied (fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann). Dħul għall-kunċerti huwa b’xejn iżda ta’ min jinnota li tkaken irqaq m’humiex permessi ġewwa San Ġwann. 

Għal programm dettaljat żur www.jubilatedeo.com