Varjant tal-Covid-19 jasal fl-Italja wkoll

Coronavirus-COVID-19-Community-response-Health-workers-PPEs-medical-supplies
WHO

Fl-Italja feġġ l-ewwel każ tal-varjant tal-virus tal-Covid-19. Il-pazjent ġie iżolat fl-isptar militari ta’ Celio

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja spjega li d-Dipartiment Xjentifiku ta’ Celio qiegħed jikkolabora mal-Istitut tas-Saħħa f’din l-emerġenza. Il-Ministeru spjega kif il-pazjent u l-mara tiegħu irritornaw lura mir-Renju Unit fil-jiem li għaddew. It-titjira niżlet fl-ajruport ta’ Fiumicino. Il-membri tal-familja u xi nies viċin kollha jinsabu f’iżolament u ħadu l-proċeduri kollha skont l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Wara li r-Renju Unit ħabbar li nstab varjant tal-coronavirus, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħabbret li diversi każijiet oħra nstabu fid-Danimarka, l-Awstralja, l-Olanda u issa anke fl-Italja.

Il-varjant tal-Covid-19 qiegħed jinfirex fil-popolazzjoni iktar malajr u qiegħed jintilef il-kontroll fuq is-sitwazzjoni. Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż Matt Hancock qal li huma ħadu deċiżjonijiet malajr iżda sfortunatament dan il-varjant qiegħed jinfirex mingħajr kontroll. Fl-Ingilterra fl-24 siegħa ġew irreġistrati 35,928 persuna pożittivi għall-Covid-19. Dan huwa l-ikbar ammont irreġistrat mill-bidu tal-pandemija. Fl-Ingilterra ġew irreġistrati 326 mewt kawża ta’ dan il-virus.