Aktar inizjattivi għal tagħlim ta matul il-ħajja

Aktar minn 47,000 persuna gew imħarrġa mid-Direttorat tal-Lifelong Learning mill-2009 ‘l hawn. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, meta vara l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tul il-Ħajja.

Din is-sena 16,400 persuna qed isegwu wieħed mis-750 kors offruti li jinkludu taħriġ fil-lingwi, fil-matematika, fix-xjenza, fit-tekonoloġija tal-informatika, fil-ħiliet diġitali, fl-imprenditorija, u taħriġ soċjali u vokazzjonali. Clyde Puli spjega kif dawk kollha li jattendu għal dawn il-korsijiet qed jingħataw wkoll kwalifika rikonoxxuta.

Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-inizjattiva tingħaqad mal-istrateġija holitistika tal-Gvern biex jippromwovi it-tagħlim u t-taħriġ tul il-ħajja. Spejga ukoll kif, għal dan il-għan, f’dawn l-aħħar snin il-Gvern ħadem ma’ għaqdiet sportivi u kulturali, u mas-soċjetà ċivili oħra biex joħolqu opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-adulti.

Temm jgħid li l-mira aħħarija tal-Gvern hija li jħarreġ aktar nies biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. B’dan il-mod jiġu salvagwardjati l-impjiegi jinoħolqu aktar xogħol.