Varat imma jbaħħar 5 snin oħra

L-Indja varat l-ewwel Aircraft Carrier mibni fl-Indja stess,  iżda dan ma jfissirx li jista’ ibaħħar bħala parti mill-flotta Indjana qabel 5 snin oħra.

L-Aircraft Carrier INS VIKRANT ippjanat li jidħol fis-servizz tal-flotta Indjana fl-2018 wara li jkun mgħammar bil-ħtiġijiet kollha meħtieġa u jgħaddi minn provi estensivi.

L-INS VIKRANT mistenni li jkollu komplement ta’ madwar 1,400 baħri u se jġorr mat-12-il MIG-29K, 8 HAL Tejas u 10 Komovka-31 jew Westland Sea King Helikopters.