“Vapuri NGOs mhumiex ambulanza għax Malta mhix sptar bla limitu” – Evarist Bartolo

SeaWatch

Read in English.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo stqarr li l-vapuri tal-NGOs għandhom jiġbru immigranti irregulari u jieħduhom f’pajjiżhom jew fil-pajjiż tal-bandiera li jtajru.

Fuq il-mezzi soċjali, Bartolo akkuża lil dawn l-għaqdiet non-governattivi li qed jikkoperaw mat-traffikanti tal-bnedmin biex jevitaw il-Gwardja tal-Kosta Libjana biex d-dghajjes ma jittieħdux lura lejn il-Libja. Huwa qal li dan l-aġir qed jagħmilha aktar diffiċli għall-Gvern Malti u saħansitra l-NGOs qed jikkompetu mal-patrol boats Libjani billi joħorgu qabilhom biex iwaqqfuhom u jittieħdu lura d-dghajjes fil-Libja.

Huwa qal li dmir Malta bħal membru tal-Unjoni Ewropea hu li tgħin lil-Libja jkollha ċentri diċenti fejn jinzammu dawn l-immigranti u jigu stmati sew u b’mod uman sakemm jigu processati l-applikazzjonijiet taghhom u dawk bi dritt għall-ażil jieħduh u l-oħrajn jintbagħtu lura mill-pajjiz mnejn telqu.

Il-jum it-tajjeb.Meta fl-ibhra ta’ madwarna jigu vapuri ta’ ghaqdiet non-governattivi u jigbru immigranti irregulari,…

Posted by Evarist Bartolo on Friday, August 28, 2020

Bartolo żvela argument li kellu ma’ uffiċċjal għolja ħafna fil-Kummissjoni Ewropea f’Berlin mnejn għadu ġej minn laqgha tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin. Hu stqarr li dan l-uffiċjali xebbaħ il-vapuri tal-NGOs ma’ ambulanza.

“Dawn il-vapuri tal-għaqdiet non-governattivi li jiġu ħdejkom fil-Mediterran qisu jien qbadt karozza, sejjaħtilha ambulanza u noħrog barra fit-triq biex niġbor dawk li niltaqa magħhom stqarr dan l-uffiċjal. Jien għedtlu: u mbagħad tigi għandi bihom kollha u tgħidli inti sptar ġenerali, ħudhom kollha, tiflaħ jew ma tiflaħx teħodhom kollha,” qal Bartolo.