Read in English.
Skont il-Gvern Malti, vapuri bħal Lifeline jew li jkunu qed jiġu investigati mhux se jitħallew jidħlu fil-portijiet Maltin.
Malta trid tassigura li bastimenti li jużaw il-portijiet tagħha jridu jkunu konformi mal-liġijiet nazzjonali u internazzjonali, spjega l-Gvern.
B’hekk fil-każ li awtoritajiet ġudizzjarji jsibu rregolaritajiet, l-awtoritajiet Maltin ma jitqisux li huma kompliċi u li jkunu qed japprovaw l-operat ta’ dawn il-vapuri, temmet l-istqarrija tal-Gvern.