Aġġornata: Vapurett jegħreq fil-Filippini

Fil-Filippini, mill-anqas 26 persuna mietu u aktar minn 200 huma rrapurtati nieqsa wara li vapurett ħabat ma’ bastiment tal-merkanzija u għereq.  B’kollox il-vapuret l-MV Thomas Aquinas kien qed iġorr 752 passiġġier u 118 ekwipaġġ.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, madwar 2 km bogħod mill-kosta, barra il-belt ta’ Cebu.  Gwardja Kostali u bastimenti navali megħjuna minn dgħajjes tas-sajd salvaw mijiet ta' nies.

Uħud minn dawk li salvaw qalu li mijiet ta’ passiġġieri qabżu fil-baħar hekk kif fil-vapurett beda dieħel l-ilma u kien qed jmiel. Ħafna mill-passiġġieri kienu rieqda.   L-ekwipaġġ qassam ġgieget ta’ salvataġġ iżda l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet qed tkun diffiċli minħabba d-dlam.