Vapur tal-passiġġieri reġistrat Malta jsalva 111-il immigrant qrib il-Greċja

Via TUI shipping

Vapur tal-passiġġieri reġistrat Malta, kien involut f’operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ iktar minn mitt immigrant qrib il-Greċja.

Rapporti varji fil-midja internazzjonali qalu li b’kollox ġew salvati 111 il-persuna, li fosthom kien hemm 33 tifel u tifla li kienu abbohrt dgħajsa, 74 kilometru qrib il-peniżola Griega ta’ Pelopennese.

Il-persuni salvati iddaħħlu fil-port Grieg ta’ Kalamata.

Żewġ persuni ġew arrestati mill-awtoritajiet Griegi.