Vapur tal-passiġġieri jevita bl-eżatt milli jibqa dieħel fil-breakwater

Kaptan ta' vapur tal-passiġġieri kellu ħsara fil-magni huwa u ħiereġ mill-Port il-Kbir għall-ħabta tas-6pm.
Kienet l-azzjoni f'waqtha tal-istess kaptan li evita inċident li seta' kellu konsegwenzi koroh, meta niżżel l-ankri u ħalla l-vapur inaqqas il-veloċità waħdu permezz tal-ankri.
F'dak il-ħin, il-vapur kien mijiet ta' metri biss 'il bogħod mill-pont tal-breakwater u li kieku ma kienux l-anki, possibilment, il-vapur kien jispiċċa jitkisser mal-istess pont.
Wara ħin twil wieqaf, fejn saħansitra kienet imblukkata l-entratura tal-Port, il-vapur ġie rmunkat minn tug boat.

Ritratt: info@newsbook.com.mt