Vapur li telaq minn Malta sekwestrat għal jumejn fil-Libja

FILE PHOTO: Libyan National Army (LNA) members, commanded by Khalifa Haftar, pose for a picture as they head out of Benghazi to reinforce the troops advancing to Tripoli, in Benghazi, Libya April 7, 2019. REUTERS/Esam Omran Al-Fetori/File Photo

Vapur li telaq minn Malta ġie sekwestrat mill-forzi Libjani s-Sibt. Illum l-istess forzi ħabbru li kienu rilaxxaw il-vapur.

Skont rapporti fil-midja internazzjonali, il-vapur kien qed iġorr id-dqiq. Telaq minn Malta u kien sejjer l-Eġittu. Il-membri tal-ekwipaġġ kienu Torok u l-vapur kien qed itajjar bandiera tal-Grenada.

Kelliem għall-Armata Nazzjonali tal-Libja (LNA) qal li ma nstabu l-ebda armi tan-nar fuq il-vapur. Qal li l-bastiment twaqqaf għax daħal fl-ibħra territorjali tal-Libja mingħajr permess.

L-LNA taħt il-kmand ta’ Khalifa Hifter sekwestrat il-vapur u ħaditu f’port Libjan taħt il-kontroll tagħha biex issir spezzjoni.