Vapur jitwaqqaf milli jniżżel il-passiġġieri waqt in-Notte Bianca

Il-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta lbieraħ kellhom jintervjenu meta l-vapur li jaħdem bejn il-Birgu u l-Belt Valletta twaqqaf minn dgħajjes oħra milli jniżżel il-passiġġieri tiegħu waqt in-Notte Bianca.
Skont rapporti fil-midja, diversi dgħajjes żgħar ipprotestaw kontra l-kompetizzjoni inġusta tal-Valletta Ferry Services, li kienu qed joffru servizz speċjali minħabba n-Notte Bianca.
Dgħajsa li telqet mimlija passiġġieri ma setgħetx torbot mal-moll għall-ħabta tad-9.30pm minħabba li d-dgħajjes l-oħra imblukkawlha l-aċċess.
Jidher li meta seħħ il-każ kien hemm xi tfal u anzjani fuq il-vapur.
Ritratt: Arkviji