Vapur iċedi f’baċir: TM titlob investigazzjoni

Google Maps

Transport Malta tablet biex issir investigazzjoni dwar x’wassal biex vapur iċedi minn postu waqt li kien għat-tiswija f’Malta.

Kelliem għal Transport Malta kkonferma li l-inċident seħħ f’tarzna privata bejn il-Ħadd u t-Tnejn fil-ħin li ma kienx hemm ħaddiema fit-tarzna. Qal ukoll li l-vapur ċeda minħabba li ċedew xi blokok li fuqhom kien qed iserraħ il-vapur.

Vapur li kien qiegħed għat-tiswija f’Baċir numru 4 bejn Bormla u l-Isla ċeda fuq naħa waħda. Filwaqt li baqa’ f’postu, kien evidenti li kien qed iserraħ fuq ġenb. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.