Vapur iċedi f’Baċir Numru 4

Google Maps

Vapur li kien qiegħed għat-tiswija f’Baċir numru 4 bejn Bormla u l-Isla ċeda fuq naħa waħda. Filwaqt li baqa’ f’postu, kien evidenti li kien qed iserraħ fuq ġenb minnhom.

Sorsi qrib Transport Malta kkonfermaw li seħħ dan l-inċident u qalu li uffiċjali tal-Awtorità jinsabu fuq il-post.

Rapporti oħrajn qalu li l-vapur spiċċa jserraħ fuq ġenb aktarx minħabba t-toqol eċċessiv u l-injam li kien qed iserraħ fuqhom ċedew.

L-inċident seħħ wara l-ħin tax-xogħol u aktarx ma kienx hemm ħaddiema fiż-żona u hekk ġiet evistata traġedja.