Attakk Stokkolma: 3 persuni mejta, arrestata persuna

Ġiet arrestata persuna b'rabta mal-attakk terroristiku fuq stabilliment kummerċjalli Ahlens Mall fiċ-ċentru tal-belt kapitali Żvediża, Stokkolma. 

Dan qalu l-Prim Ministru Stefan Lofven.
L-attakk li qatel tliet min-nies u darab bosta nies seħħ fit-3pm fi triq popolari għall-mixi, triq Drottninggatan.
It-trakk li nstaq mid-direzzjoni li mhux suppost jinstaqu vetturi kummerċjali, baqa' dieħel fis-sezzjoni tal-fwieħa.
Qed ikun irrapurtat li t-trakk insteraq illum. It-trakk huwa tal-kumpanija Swedish brewery.
Rapporti internazzjonali rrapurtaw li kien hemm xi sparaturi f’żoni separati.
Nies fuq il-post qalu li raw minn tal-inqas żewġ persuni jittajru wara li trakk saqq fuq in-nies.
Fl-2010 kien hemm żewġ karozzi bomba fl-istess stabilliment.