Vann jispiċċa imdendel fuq ħajt fir-Rabat Għawdex

Vann misjuq minn raġel ta’ 76 sena spiċċa imdendel fuq ħajt fir-Rabat Għawdex. Ir-raġel li huwa miż-Żurrieq, ma sofriex ġrieħi f’dan l-inċident. Jidher li r-raġel saq il-vann ‘il quddiem minflok ma rriversja bil-konsegwenza li spiċċa fuq il-ħajt li jagħti għal fuq l-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat Għawdex. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.