Vann jispiċċa f’għalqa f’inċident fil-Manikata

Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tal-5.20 fi Triq il-Manikata fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ meta vann li kienet qed issuq mara ta’ 38 sena mill-Mellieħa spiċċa fl-għelieqi wara li ħareġ mit-triq.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku bl-ambulanza.
Il-mara kif ukoll tliet passiġġieri li kienu magħha fil-vann ittieħdu lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura iżda jidher li ma ġarrbux ġrieħi serji.

Ritratt: Media Police