Vann jinqaleb wara ħabta ma’ karozza fiż-Żurrieq

Inċident fi Vjal Blue Grotto fiż-Żurrieq wasal biex vann jinqaleb wara li ħabat ma’ karozza li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.
Newbook.com.mt jinsab infurmat li l-vann kien misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Persuni li kienu fuq il-post assistew lis-sewwieq tal-vann u ambulanza li ssejħet fuq il-post ħaditu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.
Kemm fil-vann kif ukoll fil-karozza kien hemm passiġġier wieħed. Is-sewwieq tal-karozza kif ukoll il-passiġġieri ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:55pm.